Qed jitnaddfu l-għerien f’Ħad Dingli wara li xi persuni tefgħu skart illegali fihom.
Bħalissa hemm bosta ħaddiema minn Ambjent Malta fuq il-post biex ineħħu dan l-iskart.
L-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi, l-ERA wkoll tinsab fuq il-post sabiex taċċerta li ma saret l-ebda ħsara fuq l-ambjent tal-madwar.