Notifiki

Sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ppruvaw jaħarbu minn Malta b’dokumenti ta’ ħaddieħor

Ħames persuni mis-Sudan, mill-Ghana u Guinea ngħataw sentenza ta’ sitt xhur priġunerija wara li ammettew li ppruvaw jagħmlu użu minn dokumenti ta’ ħaddieħor biex jaħarbu minn Malta.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Christian Abela spjegat kif l-imputati kollha kkoperaw mal-awtoritajiet. L-Ispettur qal kif il-Pulizija jafu li l-informazzjoni li taw l-imputati hija ġenwina minħabba li taw l-istess informazzjoni li taw persuni oħra b’akkużi simili.

Għal dan, id-Difiża u l-Prosekuzzjoni qablu li ma tingħatax is-sentenza massima marbuta ma’ dawn l-akkużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend