€300,000 f’għajnuna mill-Gvern lill-għaqdiet li jaħdmu fis-settur tal-wirt kulturali

Tħabbar fond ta’ tliet mitt elf ewro bħala skema ta’ appoġġ għal wara l-pandemija lill-organizazzjonijiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb il-patrimonju ta’ pajjiżna.

Permezz ta’ din l-iskema, il-fond se jkopri l-ispejjeż kollha ta’ proġett ta’ dawn l-għaqdiet, bl-ammont massimu huwa ta’ €30,000.

Il-Ministru għall-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Josè Herrera qal kif il-Gvern se jkompli jappoġġja lil dan is-settur u faħħar l-impenn u d-determinazzjoni tal-għaqdiet.

“Din hija skema importanti ħafna, skema b’differenza, skema immirata lejn l-NGOs. Kif japprezza kulħadd l-NGOs huma involuti ħafna, fil-qasam patrimonjali u kulturali, speċjalment wara li ftit snin ilu, il-Gvern kien għadda liġi fejn il-ministru responsabbli jista’ jagħti kurasiji lill-NGOs biex jieħdu ħsieb aspetti fil-partimonju tagħna.”

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Joyce Dimech qalet kif l-għan prinċipali wara dan il-fond huwa li jgħin u jagħti spinta fl-attività ta’ dawn l-għaqdiet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend