Notifiki

Iqabbel lill-Maltin mal-laned tal-inċova wara li kritikawh fuq il-frażi “the best spaghetti junction”

L-esponent tar-Repubblika u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia, reġa’ kiteb fuq il-proġett tal-junction tal-Marsa u nfexx jgħajjar lill-Maltin li kritikawh meta pprova jirredikola l-proġett u sejjaħlu “the best spaghetti junction”.

L-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt u l-moħħ wara l-Arriva għajjar lin-nies stupidi.

Lill-Maltin li kritikawh qalilhom li ma jifhmux il-lingwi ta’ pajjiżhom iktar mill-inċova qabel u wara li tispiċċa fil-laned.

Skont hu, il-kliem “spaghetti junction” mhumiex insult iżda fil-fatt il-flyovers tal-Marsa hekk huma.

Nhar il-Ġimgħa Manuel Delia nfexx imaqdar u jikkritika l-akbar investiment infrastrutturali ta’ pajjiżna, il-proġett tal-junction tal-Marsa.

Manuel Delia kien spiċċa jinsulenta lill-Prim Ministru u lil martu u jgħid lil Prim Ministru jekk qatt ħariġx mid-dar.

Skont Manuel Delia, proġett bħal ma hu dak tal-junction tal-Marsa, m’għandux jirċievi tifħir fid-dinja.

Qal li proġett bħal dak tal-Marsa juri l-falliment ta’ bliet mhux żviluppati.

Fil-fatt Manuel Delia kompla jattakka l-proġett u qal li dan mhu l-ebda miraklu tal-inġinerija u d-dinja mhux se tinnutah.

Hu sejjaħ il-proġett bħala geġwiġija ta’ toroq u saħaq li dan il-proġett mhux se jiġbed nies lejh, anzi jbiegħdhom minn Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Rega tkellem leli. Jidher li nharaq bli kitbu fuqu.Fil 25 sena tal pn fil gvern leli mall partit tieghu qatt ma kienu kapaci jaghmlu xejn hlief li jibqa mfakkar ghad dizastru ta ARRIVA bhal ma hu l pn

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend