Notifiki

Bernard Grech segwa lil ta’ Repubblika bi kliemu fuq iż-żgħażagħ u l-kannabis

Id-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech il-Ħadd filgħodu dwar kif iż-żgħażagħ huma aljenati bil-White Paper li tirregola l-liġijiet dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, saret għax hija dik il-linja li tawh id-deputati ta’ Repubblika fil-Partit Nazzjonalista.

Fil-fatt, kliem Bernard Grech huwa l-istess bħal ta’ Kevin Cassar, ħaten Beppe Fenech Adami u attivist kbir tal-grupp tad-deputat Jason Azzopardi u l-eks segretarju privat ta’ Austin Gatt, Manuel Delia.

“Il-kannabis hija l-aħħar tattika ta’ aljenazzjoni tal-Partit Laburista”, kiteb Kevin Cassar.

Ftit jiem wara rrepeta warajh Bernard Grech, li qal li ż-żgħażagħ ġew aljenati b’din il-White Paper.

Kliem Bernard Grech nissel kritika qawwija u ħafna ddikjaraw kif hu diżrispett lejn iż-żgħażagħ meta taħseb li l-għażla elettorali hi biss fuq hekk iżda bħalu jaħsibha Kevin Cassar, li qal li l-kannabis hija strument użata mill-istat biex tgħerreq l-imħuħ taċ-ċittadini fl-irrelevanza.

Sal-lum Bernard Grech għad m’għandux opinjoni fuq is-suġġett bl-iskuża li qed jikkonsulta, iżda osservaturi politiċi jsostnu li dak li qed jipprova jagħmel hu biss kalkolu elettorali, tant li diskorsu dwar ir-rabta bejn il-kannabis u s-sondaġġi jikxfu għal kollox dwar x’inhuma l-kunsiderazzjonijiet tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. L unika opinioni li ghandu hija kif ma jhallas it taxxa u vat.Int haddiem jaqtawlek it taxxa mill paga kull hmistax.imbierek Alla nardu l grieg u siehbu tal qabar ta kristu ma jhalsux dak lu hu dovut minnhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend