Bedingfield jgħid li l-Kummissarju għall-Istandards qed jaddotta riga separata ta’ standards għalih

Il-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield esprima d-diżappunt dwar l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li mistoqsijiet parlamentari li kienu saru dwaru u dwar l-uffiċċju li jmexxi għadhom mhux imwieġba.

Qal kif qed ikun hemm motivi politiċi wara l-ħidma ta’ dan il-Kummissarju.

Bedingfield qal kif kienu saru mistoqsijiet parlamentari dwar dan l-uffiċċju fl-24 ta’ Frar li għadhom mhux imwieġba fosthom dwar l-ingaġġ ta’ konsulenti li ġew ingaġġati mingħajr sejħa pubblika.

Qal kif din mhux l-ewwel darba li Dr Hyzler evita milli jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari.

Qal kif meta George Hyzler kien Segretarju Parlamentari, fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, huwa kien ikun irid raġuni biex jagħti informazzjoni dwar reklamar.

Qal li filwaqt li l-Gvern ma jistax jagħmel reklam, l-uffiċċju ta’ Hyzler meta jkun irid jagħmel reklam jaqbad u jagħżel sit elettroniku jew gazzetta hu.

Glenn Bedingfield innota kif anke fuq ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja, il-Gvern għandu standards għolja iżda nnota kif ir-regoli ma jidhirx li japplikaw għall-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards.

Glenn Bedingfield qal li hu żball li bħala Kummissarju laħaq xi ħadd li kien fil-politika u qed juri li qalbu għadha tħabbat għal naħa waħda fil-politika.

Qal li fost l-oħrajn, Hyzler ma jridx iwieġeb dwar konsulenti li għażilhom hu mingħajr sejħa pubblika.
Bedingfield qal kif x-xufier ta’ Hyzler huwa mħallas bi skala disa’ mal-Gvern.

Paga li hija simili għal dik ta’ għalliema, prokuratur legali mal-Gvern u tabib għadu jibda.

Innota wkoll kif filwaqt li kiteb ħafna kontra l-persuni ta’ fiduċja, ħamsa minn sitt persuni li jaħdmu fl-uffiċċju ta’ Dr Hyzler huma persuni ta’ fiduċja.

Fost dawn hemm nies li kienu jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu meta kien Segretarju Parlamentari fosthom ukoll nies li qal li għandhom fuq rashom delijiet ta’ korruzzjoni fost l-oħrajn.

Qal kif fost l-oħrajn ġiet impjegata persuna li kienet taħdem ma’ ġurnal li f’daqqa waħda, fuq dan il-ġurnal qed jiġu rrappurtati leaks mill-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Sostna kif filwaqt li l-istandards għandhom ikunu għal kulħadd l-istess, il-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir.

Qal li probabli ser jingħad li hu qed jattakka din l-istituzzjoni iżda qal li dan mhux minnu għaliex huwa jemmen f’dan l-uffiċċju iżda li jħares hu ukoll l-istandards li huwa għandu l-irwol li jara li jiġu mħarsa.

Tenna kif huwa qed jikkritika l-persuna u mhux l-istituzzjoni.

Waqt dan id-diskors qam ukoll id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis li fid-dawl ta’ dan kollu talab lid-deputat Glenn Bedingfield biex lil Hyzler iġiblu rispett.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Dr. ELLIS Ir-rispett trid tahdem ghalieh. Ma jigiex billi ta uza mil-ebda abuz minn fiducja li l-awtoritajiet jkunu fdawlekk. Hon Bedingfield ghandu ragun.

  2. Dr. ELLIS Ir-rispett trid tahdem ghalieh. Ma jigiex billi mil-ebda abuz minn fiducja li l-awtoritajiet jkunu fdawlekk. Hon Bedingfield ghandu ragun.

  3. Kif qatt jista’ dan Dr George Hyzler ikun imparzjali u gust fid-decizjonijiet tieghu kontra membri tal-PL meta hu (1) ex Segretarju Parlamentari fi hdan il-PN; (2) hu it-tifel tal- ex-Ministru George Hyzler (RIP) ta’ Hal Qormi; (3) meta hu l-mara hu Dr Mario Demarco, membru iehor parlamentari Nazzjonalista; (4) meta l-mara tieghu hija t-tifla ta’Dr Guido Demarco (RIP).

    Glen Bedingfielf ghandu mitt ragun, u l-gvern tal-Labour zbalja meta ghazel ghall-kariga ta’
    Kummissarju ghall-Istandards fil-Hajja Pubblika bniedem li kien u ghadu mdahhal sa ruh ommu mall-PN. Din il-kariga ghandha timtela’ minn xi ex-Imhallef li m’ghandu l=ebda’ rabta mall-politika.

  4. Meta ser jitgħallem IL-PL li lil dawn m’għandu qatt jafdahom? Kemm trid kellna każi fejn IL-PL ħareġ l-id tal-ħbiberija u gidmuh!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend