Notifiki

1,137 multa f’ġimgħa oħra ta’ infurzar

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet taw 1,137 multa wara li diversi persuni nqabdu jiksru l-miżuri marbuta mat-trażżin tal-imixja.

Il-maġġoranza tal-multi ngħataw għaliex in-nies ma kinux lebsin maskra.

Fil-fatt inħarġu 663 multa marbuta ma’ dan in-nuqqas.

Inħarġu wkoll 330 multa għal nies li nġabru iżjed minn suppost fi gruppi fil-pubbliku, jiġifieri dawk li kienu fi gruppi ta’ iżjed minn tnejn.

Kien hemm 125 persuna li kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.

Barra minn hekk, 3 stabbilimenti weħlu multa għax kisru l-kundizzjoni tal-istabbilimenti, filwaqt li 16-il persuna ma segwewx l-obbligu ta’ kwarantina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend