“15,000 persuna tal-50+ irċievew appuntament biex jitlaqqmu wara li rreġistraw online” – il-Prof. Gauci

Fl-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet kif kien hemm 15,000 persuna li għandhom ’il fuq minn 50 sena li applikaw online u rċievew l-appuntament sabiex jitlaqqmu.

Il-Professur Gauci qalet kif dawk li għandhom sittin sena kollha suppost rċievew l-istedina sabiex jitlaqqmu.

Appellat lil dawk li ma baqgħu ma rċievewx l-invit u għandhom ‘il fuq minn 60 sena sabiex iċemplu fuq in-numru 145.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend