Żieda qawwija ta’ gradwati fuq is-sena akkademika ta’ qabel

In-numru ta’ studenti li gradwaw fl-2019 żdied bi 18.1% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

It-total ta’ studenti li gradwaw fl-2019 fil-livell terzarju ammonta għal 4,898.

Dan ħareġ minn stħarriġ li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.

Din l-istatistika turi li 55.3% ta’ dawn l-istudenti ggradwaw f’livell ta’ Baċellerat jew livell ekwivalenti.

Filwaqt li 33.7% ta’ dawn l-istudent gradwaw fil-livell Maġisteru.

Meta mqabbel mal-2018, fis-sena ta’ wara kien hemm żieda ta’ 31.1% ta’ dawk li gradwaw f’kors ta’ livell terzjarju li jsir fuq perjodu qasir.

Aktar minm nofs tal-gradwati tal-2019 (57.1%) kienu nisa.

Dan ifisser li ġiet irreġistrata żieda ta’ 1.4% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

L-ammont ta’ nisa li gradwaw jaqbeż l-ammont tal-irġiel li gradwaw f’din l-istess sena fil-maġġoranza tal-livelli ta’ edukazzjoni terzjarja.

Mill-istatistika tal-NSO ħareġ ukoll li l-maġġoranza assoluta (60.5%) ta’ dawk li gradwaw fil-livell terzjajrju kellhom bejn l-20 u l-24 sena.

Matul is-sena akkademika tal-2019, 72.2% tal-gradwati kienu qed isegwu korsijiet fuq bażi full-time filwaqt li l-ammont ta’ studenti barranin li gradwaw fil-livell terzjarju kien jammonta għal 640 student, li huwa ekwivalenti għal (13.1%).

Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 4% meta mqabbel mal-2018.

L-aktar oqsma li fihom gradwaw studenti fil-livell Terzjarju tal-edukazzjoni, matul is-sena akkademika tal-2019 kienu l-kummerċ u l-amministrazzjoni u l-liġi.

Dawn l-oqsma kienu segwiti mis-settur tas-Saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend