Notifiki

Se tkun ippubblikata proposta biex ikollna charger wieħed komuni

Il-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern Thierry Breton ħabbar li se tiġi ppubblikata proposta fuq livell Ewropew biex ikun hemm charger komuni għall-mobiles u tagħmir elettroniku żgħir ieħor bħal tablets u kameras diġitali.

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan wara li qal li tul dawn l-aħħar xhur għamel ħafna sforzi u ħadem f’dan ir-rigward.

Huwa sostna li għal soluzzjoni komuni għaċ-charging ilha tinħass għal aktar minn għaxar snin u huwa sinjal pożittiv ħafna li issa ninsabu f’pożizzjoni li dalwaqt, il-konsumaturi Ewropej kollha se jkollhom l-opportunità li jkollhom charger wieħed universali.

Dr Agius Saliba tenna esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li l-isfozi li għamel f’dawn xhur se jwasslu prezzijiet aktar baxxi għal ħafna aġġeġi elettroniċi kif ukoll tnaqqis fl-iskart elettroniku.

Fi stqarrija l-Ewroparlamentari Agius Saliba qal li waqt laqgħa tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur huwa baqa’ jagħmel il-pressjoni biex jiżgura li l-elementi kollha ta’ din l-inizjattiva jkunu favur il-konsumaturi billi ddikjara li għandha tingħata aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudji tal-partijiet interessati, il-perjodu ta’ żmien preċiż, u l-għodod eżatti li qed jiġu analizzati għal din l-inizjattiva.

Dr Agius Saliba staqsa wkoll jekk hijiex l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tmur lil hinn mid-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju u tippreżenta att legali indipendenti biex tkopri elementi oħra li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskart elettroniku, bħad-diżakkoppjar tal-bejgħ taċ-charger.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend