Notifiki

Jinqabad il-ħalliel li mara sabet ma’ wiċċha hekk kif daħlet f’darha

Taljan ta’ 48 sena li joqgħod iż-Żurrieq ġie arrestat b’rabta ma’ serqa minn dar fi Triq it-Tempesta l-Qrendi.

Dan wara li għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, mara sabet ma’ wiċċha ħalliel hekk kif daħlet lura f’darha.

Dan ħarab minn fuq il-post hekk kif raha.

Il-vittma li rrapportat il-każ lill-pulizija tat deskrizzjoni tal-aggressur filwaqt li ġiet identifikata l-vettura li kien qed juża.

Is-suspettat twaqqaf u ġie arrestat f’Ħal Kirkop wara tfittxija mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend