Jirreżenja l-Kap tal-Pulizija f’Minnesota wara li uffiċjal ikkawżat il-mewt ta’ raġel ta’ karnaġġjon skur

F’Minnesota, l-Istati Uniti, għadhom għaddejjin id-dimostrazzjonijiet fit-toroq wara l-qtil ta’ Daunte Wright nhar il-Ħadd li għadda minn uffiċjal tal-Pulizija. Fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-Pulizija kif ukoll l-uffiċjal li sparat tiri biż-żball fuq il-vittma rriżenjaw mill-karigi tagħhom.
Fi stqarrija l-uffiċjal tal-Pulizija qalet li riedet tuża arma oħra fuq il-vittma, li ma kinitx twassal għall-mewt, iżda qabdet arma tan-nar biż-żball.

Il-każ seħħ ftit ‘il barra minn Minneapolis, fejn bħalissa għaddej is-smigħ tal-każ tal-qtil ta’ George Floyd, ukoll minn uffiċjal tal-Pulizija.

Fil-protesti li ilhom isiru minn nhar il-Ħadd, 60 persun ġew arrestati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend