Għalissa Malta mhux se tlaqqam bil-vaċċin tal-Johnson & Johnson

Malta għalissa mhux se tkun qed tagħti l-vaċċin kontra l-Covid-19 tal-Johnson & Johnson.

Dan fuq rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

Ħabbret dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, f’intervista mat-Times of Malta.

Kien nhar it-Tlieta li fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tħabbar kif għalissa se jkun qed jitwaqqaf il-proċess ta’ vaċċinazzjoni tal-vaċċin ta’ Johnson & Johnson, dan hekk kif kien hemm sitt każijiet minn fost sitta punt tmien miljun doża li esperjenzaw każijiet rari ta’ għoqiedi fid-demm.

Dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca, il-Professur Gauci spjegat kif se jkun qed ikompli jingħata kif ippjanat hekk kif Malta qed issegwi ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend