Notifiki

L-ERA approvat xogħlijiet f’Kemmuna wara li ttieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni kontra ħsara ambjentali

Il-kontinwazzjoni ta’ xogħlijiet f’Kemmuna ġiet aċċettata wara li ttieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni kontra ħsara ambjentali.

L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA spjegat kif l-Awtorità aċċettat il-kontinwità tax-xogħlijiet fi Blue Lagoon f’Kemmuna wara li rat kif qed jittieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex ma ssirx ħsara ambjentali.

Fi stqarrija l-ERA kkjarifikat kif ix-xogħlijiet kienu twaqqfu mill-istess Awtorità meta dawn ma kinux skont ir-regoli tal-Awtorità.

L-ERA spjegat kif f’evalwazzjoni dettaljata li għamlet tas-sitwazzjoni fuq is-sit rat kif ix-xogħlijiet proposti fl-applikazzjoni ġew irrakkomandati sakemm dawn isiru skont il-kundizzjonijiet proposti mill-permess ambjentali.

Waħda mill-kundizzjonijiet hija li jsir pjan ta’ restawr tas-sit sabiex ħsara li laħqet saret tkun imsewwija u s-sit jerġa’ jirritorna għall-istat li kien fih qabel.

Dawn ix-xogħlijiet ser ikunu wkoll sorveljati minn persuna apposta nominata mill-applikant u approvata mill-Awtorità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend