Notifiki

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fis-Swieqi

Raġel ta’ 58 sena mill-Iklin ġarrab ġrieħi gravi wara waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Keffa fis-Swieqi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend