Notifiki

Il-Gvern impenjat biex jipproteġi l-pajsaġġ naturali u jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, flimkien ma’ rappreżentanti mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA), iltaqgħu ma’ 12-il kunsill lokali f’Għawdex flimkien mal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex biex jiddiskutu proposti għall-protezzjoni aħjar tal-pajsaġġ naturali tal-gżira. Saret laqgħa wkoll mal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex (GRDA).

Il-Ministru qabel ma’ ħafna mill-proposti mressqa, bħall-ħtieġa għal infurzar aħjar u pjanar aktar intelliġenti.

Ġew diskussi wkoll proposti varji bħal assistenza u gwida għall-kunsilli lokali dwar politiki ta’ pjanar, studji dwar skylines, u l-planning gain.

Il-Ministru Farrugia qal li l-għan ta’ din il-laqgħa virtwali kien li jinstema’ t-tħassib tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex u tal-kunsilli lokali sabiex tiġi diskussa l-kwistjoni tal-iżvilupp f’Għawdex, fejn sema’ kemm it-tħassib kif ukoll il-proposti tagħhom.

Huwa spjega wkoll il-bidliet li introduċa f’dawn it-13-il-xahar u ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jipparteċipaw b’mod attiv fir-riformi li qed isiru.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar Martin Saliba qal li se jsir aktar xogħol biex titjib il-kwalità tal-iżvilupp f’Għawdex u fil-futur dawn il-proposti jistgħu jiġu studjati wkoll sabiex iwasslu għal policies aħjar għall-gżira.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex Samuel Azzopardi qal li l-laqgħa kienet waħda pożittiva u ressqet it-tħassib tal-kunsilli lokali dwar l-iżvilupp ta’ Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend