Notifiki

F’San Pietruburgu: Pumpier jitlef ħajtu u tnejn oħra midruba wara li fabbrika nħakmet min-nirien

Pumpier tilef ħajtu f’San Pietruburgu fir-Russja wara li l-fabbrika Nevskaya Manufaktura nħakmet minn nirien kbar.

Dan l-inċident seħħ ilbieraħ. Ir-riħ qawwi li ħakem il-post għamilha aktar diffiċli biex jintfew in-nirien.

Mat-300 pumpier taw sehemhom f’din l-operazzjoni bil-għan li jiġu kkontrollati n-nirien. Il-Ministru għall-Emerġenzi Russu qal li 40 persuna ġew evakwati wara li kawża tan-nirien waqgħu l-bejt u t-terazzin tal-post.

Dħaħen kbar dehru madwar il-belt kollha.

Din il-fabbrika, li hija post magħruf sew fil-belt ta’ San Pietruburgu, inbniet fl-1841 u li fiha kien jiġi mmanifatturat id-drapp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend