Notifiki

Fiequ 50 persuna mill-Covid-19 u feġġew 59 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 50 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 59 każ minn fost 1,758 test.

Dan ifisser li 96.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.3% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 836,521 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 249,400 doża. Minnhom, 74,053 persuna ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 68 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend