Notifiki

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 32 sena arrestat wara li allegatament darab raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta

Raġel ta’ 32 sena ġie arrestat wara li allegtament darab raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta.

Ir-raġel ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dan wara li għall-ħabta tal-10:30 tal-bieraħ filgħaxija seħħ argument bejn iż-żewġt irġiel, fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend