Notifiki

AĠĠORNAT: Jindarab gravi wara li kien involut f’inċident f’Ħal Qormi

Libjan ta’ 45 sena li joqgħod is-Siġġiewi ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-vann tal-għamla Toyota li kien qed isuq ma’ vettura tal-għamla Peugeot Partner, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm  fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Fuq il-post, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili wettqu operazzjoni delikata biex inħareġ il-Libjan mill-vann.

Fil-fatt kienu kostretti jqaċċtu s-saqaf tal-vann.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend