Notifiki

Ix-xamma ta’ Charlie twassal għal sejba ta’ €22,000 mhux iddikjarati

Ix-xamma tal-kelb tad-Dwana, Charlie, wasslet għal sejba ta’ €22,000 fi flus mhux iddikjarati fuq passiġġieri mill-Kosta tal-Avorju li kien sejjer Istanbul.

Kien waqt spezzjonijiet li kienu qed isiru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fost passiġġieri li kienu qed jistennew it-titjira lejn Istanbul, meta Charlie ta indikazzjoni dwar passiġġier partikolari. Minn hemm il-passiġġier iddikjara li ma kienx ċert dwar l-ammont ta’ flus li kien qed iġorr u ppreżenta biss €3,000 fejn mill-indikazzjoni li ta Charlie l-istorja setgħet kienet differenti.

Minn hemm tfittxija li saret minn fuq il-passiġġier wasslet għal sejba ta’ €19,000 oħra minn fuq il-passiġġier.

Il-passiġġier ħallas multa li ngħatat lilu wara li ma ddikjarax l-ammont li kien qed iġorr, u tħalla jsiefer fid-destinazzjoni li kien ippjanat li jmur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend