Notifiki

AĠĠORNAT: Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li waqa’ t-taraġ fil-Qrendi

Żagħżugħ ta’ 15-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ t-taraġ. L-inċident seħħ għall-ħabrta tal-erbgħa tal-Ħadd wara nofsinhar f’Misraħ tal-Maqluba, il-Qrendi.

Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li ż-żagħżugħ kien waqa’ it-taraġ u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħu il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend