AĠĠORNAT: Żagħżugħ ta’ 20 sena jaqa’ l-baħar u jsib diffikultà biex jitla’ fl-Aħrax tal-Mellieħa

Kolumbjan ta’ 20 sena waqa’ l-baħar u sab diffikultà biex jitla’ fl-Aħrax tal-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Pulizija.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizja dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend