Notifiki

537 ordni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar f’Għawdex

Minn Ġunju tal-2017 s’issa kien hemm 537 ordni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-gżira Għawdxija.

Dan intqal mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia waqt tweġiba parlamentari.

L-iżjed post fejn kien hemm ordnijiet ta’ infurzar kien fir-raħal tax-Xagħra, fejn kien hemm 95 ordni ta’ infurzar.

Wara x-Xagħra jsegwi n-Nadur bi 63 ordni ta’ infurzar u wara r-Rabat, Għawdex b’61 ordni ta’ infurzar.

Filwaqt li l-inqas postijiet li kien hemm il-ħtieġa li jsiru ordnijiet ta’ infurzar minn din l-awtorità, kien fir-raħal żgħir ta’ San Lawrenz fejn kien hemm għaxar ordnijiet ta’ infurzar.

Dan filwaqt li fil-Fontana u l-Għarb kien hemm 15-il ordni ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li kien hemm 17-il ordni fl-Għasri.

Il-medja ta’ ordnijiet ta’ infurzar fil-gżira tat-tliet għoljiet, fi aktar minn tliet snin u nofs, kienet ta’ madwar 38.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend