Salut ta’ 40 minuta għad-Duka ta’ Edinburgh

Ir-Renju Unit se jimmarka l-mewt tal-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh b’salut minn diversi bliet u minn Ġibiltà, kif ukoll minn bastimenti Rjali li bħalissa jinsabu fuq il-baħar.
Id-Duka miet ilbieraħ fl-età ta’ 99 sena wara 73 żwieġ mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar ħin tal-post se jsiru 41 sparatura f’temp ta’ 40 minuta f’Londra, Edinburgh, Cardiff u Belfast, u anke minn bastimenti rjali fuq il-baħar. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq it-televiżjoni u l-midja soċjali.

Id-dettalji tal-funeral tad-Duka mistennija jsiru magħrufa fis-sigħat li ġejjin.

Intant, fuq twitter mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela sellmet il-memorja tad-Duka ta’ Edinburgh u qalet ukoll kif il-Prinċep Fillippu kien raġel b’saħħtu, li għen lill-martu, ir-Reġina Elizabetta f’xogħolha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend