Notifiki

Raġel jindarab gravi f’hit and run f’Ħaż-Żabbar

Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura li baqgħet sejra f’Ħaż-Żabbar.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 64 sena u residenti ż-Żejtun, kien intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend