Notifiki

Żagħżugħ ta’ 21 sena jindarab gravi wara li waqa’ t-taraġ fis-Swieqi

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ t-taraġ ġo residenza li tinsab fi Triq Fomm il-Għeliem fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 tal-bieraħ filgħaxija.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend