Permezz ta’ intervent mill-Kunsill Lokali tal-Gudja rebaħ is-sens komun

Intervent f’waqtu mill-Kunsill lokali tal-Gudja b’kollaborazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista għen biex tiġi evitata l-firda bejn għaqdiet mhux governattivi fil-Gudja, qal dan fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista.

Dan il-każ jittratta applikazzjoni għal monument fuq l-istess sit u lokalità. Il-Partit Laburista spjega kif is-Sindku flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista laqqgħu liż-żewġ soċjetajiet.

Il-Partit Laburista tenna li f’din il-laqgħa kien hemm qbil fil-prinċipju li ż-żewġ għaqdiet jirtiraw fis-sit imsemmi biex ħadd ma jidher bħala tellief jew rebbieħ.

Madankollu, il-Partit Laburista saħaq li Kunsilliera Nazzjonalisti ppreġudikaw dan il-ftehim billi ressqu emenda għal mozzjoni biex il-Kunsil Lokali jkun sezzjonali u jitfa’ l-applikazzjoni f’isem għaqda.

Din l-azzjoni kienet deskritta mill-Partit Laburista bħala waħda li toħloq aktar firda bejn iż-żewġ għaqdiet.

“Il-Kunsilli Lokali għandom ikunu strument ta’ għaqda fil-lokalitajiet u jieħdu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tar-residenti”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend