Notifiki

Ħamrun Spartans dikjarati champions tal-futbol Malti

Ħamrun Spartans ġew dikjarati champions tal-Kampjonat Premier 2020-2021.

Il-klabb Ħamruniż ġie dikjarat rebbieħ ta’ dan il-kampjonat wara li ntlagħbu 75% tal-logħob tal-istaġun.

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA.

B’dan il-kampjonat, it-tim Ħamruniż rebaħ it-tmien kampjonat wara tletin sena.

Tul l-istaġun, it-tim Ħamruniż baqa’ konsistenti u fl-aħħar logħba li lagħab, għeleb lil Hibernians li ġew fit-tieni post.

Il-kampjonat kien twaqqaf ħesrem wara ristrezzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa riżultat tal-imxija.

Aqra wkoll:

Il-klabb ta’ Ħamrun Spartans jappella għal kawtela u r-responsabiltà mill-partitarji

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend