Notifiki

BIL-FILMAT: Bħalissa fil-Ħamrun ċelebrazzjonijiet fil-karozzi wara r-rebħ tal-Kampjonat

Fi Strada Rjali fil-Ħamrun bħalissa qed jispikkaw il-karozzi għaddejjin bid-daqq tal-ħornijiet biex jiġi ċ-ċelebrat ir-rebħ tal-kampjonat Premier tal-futbol Malti.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħamruniżi qed isiru kif jistgħu fil-karozzi, bin-nies ipaqpqu, riżultat tal-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba l-imxija.

Fit-toroq tal-Ħamrun tispikkaw preżenza qawwija tal-pulizija li qed tassigura li n-nies ma jinġabrux qaqqoċa.

Bosta karozzi jidhru bil-bnadar ta’ Ħamrun Spartans ħerġin mit-tieqa.

Ħamrun Spartans rebħu t-tmien kampjonat fl-istorja tagħhom.

Dan wara li l-MFA ddeċidiet li Ħamrun Spartans huma ċ-champions tal-Kampjonat Premier wara li dan twaqqaf ħesrem riżultat tal-imxija.

Hamrun Spartans kienu l-ewwel fil-klassifika wara li ntlagħbu 75% tal-logħob tal-istaġun.

Ara wkoll:

Ħamrun Spartans dikjarati champions tal-futbol Malti

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend