Notifiki

Tiftaħ ir-raba’ klinika ta’ kontinenza biex tgħin l-anzjani

Fil-Mellieħa nfetħet ir-raba’ klinika li toffri servizzi u għajnuna mal-kontinenza fil-komunità.

It-tliet kliniċi l-oħra jinsabu fiż-Żurrieq, fil-Mosta u fil-Ħamrun.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li hawn madwar ħamest elef persuna li jgawdu mill-benefiċċju ta’ għajnuna u servizzi offruti marbuta mal-kontinenza.

Fil-fatt dawn il-persuni issa għandhom żieda fl-għażla tal-prodotti sussidjati ta’ kontinenza marbuta mal-ħtiġijiet tagħhom.

Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll li ser jinxtara portable bladder scanner li ser ikun disponibbli fil-kliniċi li jwassal għal attenzjoni aħjar lejn il-kundizzjoni tal-pazjenti.

Bħalissa s-sistema ta’ kontinenza qed taħdem fuq żewġ skemi separati; Skema A u Skema B.

Skema A tintitola lill-pazjenti sussidju sħiħ u l-pazjent ikun eleġibbli għal din l-iskema meta ikun fil-pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Unjoni Ewropea.

Minn naħa l-oħra Skema B tintitola lill-pazjenti għal sussidju parzjali.

Il-pazjent ikun eleġibbli jekk ikollu ‘l fuq minn 60 sena.

Fiż-żewġ skemi huwa irid ikun ippreżentat ċertifikat ta’ inkontinenza mit-tabib ġenerali tal-pazjent.

Il-proċess taż-żewġ skemi jibda fiċ-Ċentru Servizz Anzjan u sal-lum saru ftit aktar minn sitt mitt żjara fid-dar tal-klijenti, filwaqt li qed jingħata wkoll s-servizz fid-djar tal-anzjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend