Il-Ministru Edward Zammit u l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield formalment talbu lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia biex jinvestiga leakages wara li f’sezzjoni tal-midja ġie lleakjat rapport kunfidenzjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Dan ir-rapport kellu jkun diskuss għada, f’laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Il-każ jirreferi għal rapport dwar il-Ministru Carmelo Abela.
Id-deputati tal-Gvern irrimarkaw li l-midja għandha kull dritt li tfittex l-informazzjoni iżda jeżisti nuqqas ta’ min hu fil-pussess ta’ dan ir-rapport u ġie jaqa’ u jqum mill-proċeduri tal-Kumitat imsemmi, tant li aġixxa biex jistultifika l-ħidma tiegħu.
Fi stadju inizzjali, rapporti bħal dawn jingħataw biss lill-membri ta’ dan il-kumitat.
Il-Ministru Zammit Lewis u d-Deputat Bedingfield qalu li dan il-każ huwa turija ċara kif dan il-leak huwa attakk fuq il-proċess parlamentari.
Għaldaqstant, id-Deputati msemmija qed jitolbu investigazzjoni li l-affarijiet qed isiru b’mod serju minn kull min hu nvolut.