Grupp ta’ residenti li qegħdin jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ħadmu fuq biċċa għamara ġdida.
Din minħabba klinika ġdida li se titħaddem fis-servizz ta’ detenzjoni ġewwa Ħal Safi.
Fuq il-midja soċjali, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet kif din l-għamara nħadmet ġewwa l-workshops tal-istess faċilità.
Huma diversi dawk il-priġunieri li qed jitgħallmu l-isnajja’ f’xogħol fil-Faċilità stess fosthom fil-forn tal-ħabs, fil-kċina, il-mekkanika, u anki l-ħjata, bħala parti mill-Prison Industry.
Iktar xogħol tal-idejn mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Għamara kollha maħduma fil-workshop tagħna li ser tintuża’ fil-klinika ġdida operata mis-servizz ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Posted by Malta Correctional Services Agency on Thursday, April 8, 2021