L-Awtorità Maltija tal-Mediċini ttenni dwar kif il-miżien fuq il-vaċċin ixaqleb bil-kbir lejn il-benefiċċji

L-Awtorità Maltija tal-Mediċini tenniet il-pożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, li l-benefiċċji tal-vaċċin huma akbar mir-riskju ta’ effetti sekondarji.

Dan b’rabta mal-vaċċin tal-AstraZeneca.

Fi stqarrija llejla, l-Awtorità tal-Mediċini tenniet propju dak li qal iċ-Chairman tagħha f’kummenti ma’ ONE News ilbieraħ.

Ir-regolatur Malti għall-mediċini nkoraġġixxa persuni mlaqqma u professjonisti tal-kura tas-saħħa biex ikunu konxji tal-effetti sekondarji, fuq kwalunkwe vaċċin.

Spjega li dawn l-effetti jistgħu jiġu rappurtati.

Ġie mfakkar ukoll li effetti sekondarji ħfief u ta’ natura lokali huma mistennija u komuni li jseħħu fi żmien jumejn jew tlett ijiem wara t-tilqima.

Intqal ukoll li f’każijiet rarissimi ċertu persuni jista’ jkollhom effetti severi minn erbat ijiem sa għoxrin jum wara t-tilqima.

Dawn għandhom ifittxu attenzjoni medika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend