Notifiki

Kap Eżekuttiv ġdid għall-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti

Eunice Grech Fiorini se tinħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Aġenzija tal-Qorti.

Ħabbar dan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza fejn spjega kif hija se tkompli tibni fuq il-ħidma li wettaq il-predeċessur tagħha, Frank Mercieca, li serva f’diversi rwoli fil-qrati tal-ġustizzja ta’ pajjiżna għall-aħħar 45 sena.

Spjega kif Grech Fiorini serviet ta’ Direttur, Assistent Reġistratur, Deputat Reġistratur, Prinċipal u Clerk fil-Qorti għall-aħħar 23 sena. Hija serviet ta’ Assistent Reġistratur bejn l-2014 u l-2018 u ta’ Direttur/Reġistratur mill-2018 sal-lum il-ġurnata. Hija gradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fl-Istudji Legali u laħqet prokuratur legali fis-sena 2009.

Grech Fiorini ser tidħol fil-kariga mill-1 ta’ Mejju 2021.

Mercieca se jinħatar konsulent tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti għal perjodu ta’ żmien sabiex tibqa’ tintuża l-esperjenza tiegħu fis-settur tal-ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend