Notifiki

Ir-Rabat Għawdex u l-Birgu jitfgħu isimhom għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031

Ir-Rabat Għawdex u l-Birgu huma ż-żewġ t’ibliet f’pajjiżna li applikaw biex għaxar snin oħra jkollhom it-titlu tal-belt kapitali Ewropea tal-Kultura.

Fi stqarrija, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta kkonfermat li sal-għeluq l-espressjoni ta’ interess kienet il-belt Għawdxija u dik fil-Kottonera li tefgħu isimhom għal dan it-titlu prestiġjuż li l-kapitali Maltija ġarret fl-2018.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed tmexxi proċess ta’ tħejjija għaż-żewġt ibliet kandidati.

Valletta 2018 kienet iġġenerat sitt mija u tmienja u sebgħin miljun ewro fl-ekonomija Maltija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend