Notifiki

Il-Gvern se jħallas għal taħriġ lill-fiżjoterapisti biex itejbu l-ħiliet f’xogħol ma’ pazjenti morda bil-Parkinson

Għoxrin fiżjoterapista ser jkunu jistgħu jipparteċipaw f’kors virtwali minn professjonista barrani li jispeċjalizza fil-marda tal-Parkinson’s.  Dan permezz ta’ ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mard tal-Parkinsons.

Dan il-ftehim  ser jgħin il-fiżjoterapisti itejbu l-ħiliet tagħhom fid-dijanjosi, trattament u mmaniġjar tal-marda tal-Parkinsons.

Dan il-ftehim wasal biss ftit tal-jiem qabel ikun iċċelebrat il-Jum Internazzjonali tal-Marda tal-Parkinson.

Is-Segretarja tal-Assoċjazzjoni, Alice Peplow qalet kif wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-assoċjazzjoni hija li l-1,500 persuna f’pajjiżna li huma milquta minn din il-marda, jkollhom aċċess għat-trattament adegwat sabiex jgħixu ħajjithom bl-aħjar mod possibbli.

Qalet kif,  “Jiena bħala persuna li għext ma xi ħadd għażiż għalija bil-Parkinson’s, illi għadda mill-Parkinson’s, nista’ ngħidilkom kemm hu importanti l-irwol tal-fiżjoterapista f’dan il-vjaġġ tal-persuni li qed ibatu bil-Parkinsons’.”

Il-Ministru għall-inklużjoni Julia Farrugia Portelli stqarret kif ftehim huwa turija ċara tal-apprezzament li dan il-Gvern għandu lejn l-għaqdiet mhux governattivi.

Saħqet li mhux biss se jiġu mgħejjuna n-nies b’din il-marda iżda anki l-familji tagħhom.

Spjegat, “Il-Ministeru ser ikun qed jaħdem fuq proġett id f’id mal-assoċjazzjoni maltija għall-Parkinson’s, fejn hemmhekk aħna ser inkunu qiegħdin nagħtu kors, taħriġ għal tal-apposta lil għoxrin fiżjoterapist f’pajjiżna permezz ta’ kors minn espert internazzjonali, u nemmnu li din it-terapija hija ta’ importanza li tgħin lill-pazjent, kif ukoll il-familji tal-istess individwi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend