Il-Ġermanja b’negozjati biex tixtri l-vaċċin Russu iżda Malta tisħaq fuq ix-xiri konġunt

Il-Ġermanja se tibda n-negozjati biex tixtri l-vaċċin Russu, Sputnik V, iżda Malta qed tisħaq fuq il-mekkaniżmu tax-xiri konġunt tal-vaċċin, kif sar għax-xiri ta’ vaċċin ta’ ditti oħra.

Irrapporta dan is-sit awtorevoli Politico fejn qal kif dan jikkonferma rapport tar-Reuters.

Intqal kif Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja, qal kif tkellem mal-Ministri għas-Saħħa l-Erbgħa dwar dawn il-pjanijiet.

Spahn ħabbar dan kollu permezz ta’ konferenza virtwali bejn il-Ministri għas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea fejn semma iċ-ċifra ta’ xiri ta’ żewġ miljun u nofs doża tal-vaċċin.

Politico rrapporta li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Malti, Chris Fearne, aċċenna fuq ix-xiri konġunt tal-vaċċin mill-istati membri fejn tenna l-appell biex tkun il-Kummissjoni li tmexxi n-negozjati biex tixtri d-dożi tal-vaċċin Russu Sputnik V.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend