Notifiki

Fiequ 45 persuna mill-Covid-19 u feġġew 55 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 45 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 55 każ minn fost 2,227 test.

Dan ifisser li 97.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.5% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 826,461 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 227,606 dożi. Minnhom, 63,114 persuna ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 76 sena miet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend