Wieħed minn dawk li hu mifhum li kien fil-party, li filmat tiegħu qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, ippubblika apoloġija.
Hawn qed jgħid li dan il-party sar ilbieraħ u assigura li din ma terġax tiġri.
Joao Coronel, Brażiljan qal li hu ma kienx il-persuna li organizza l-party u qal li l-filmat li nxtered, ittieħed barra mill-kuntest tiegħu.
Iż-żagħżugħ qal li hu kien mistieden mill-manager tiegħu biex jattendi għall-party f’għeluq snin persuna.
Fil-filmat jidhru grupp ta’ żgħażagħ jiżfnu u tfajla żżomm flixkun f’idejha.
Saħansitra fil-filmat jidher logħob tan-nar tal-ajru.
Nifhmu li l-pulizija qed tinvestiga dan il-party fuq il-fatt li dan possibbilment jikser ir-regoli tal-Covid-19.
Issemma li dan il-party sar f’villa fl-Iklin.