Notifiki

Aktar minn €17,000 fi flus foloz maqbuda wara pakkett li wasal bil-posta miċ-Ċina

Ħidma li saret mit-Taqsima tad-Dwana fi ħdan il-Maltapost, waslet għal qabda ta’ 300 karta falza tal-ewro, li jammontaw għal €17,410 fi flus foloz, f’pakkett li kien ġej miċ-Ċina.

Fil-pakkett instabu karti tal-€100, €50 u €20, dan wara li l-istess pakkett għadda minn taħt il-magni tal-iskenjar.

Instab li kien hemm 103 karti foloz tal €20, 102 karti foloz tal-€100 u 103 karti foloz tal-€50, bit-total ikun ta’ €17,410 fi flus foloz.

Din hi it-tieni qabda f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat, wara qabda simili li saret fil-11 ta’ Marzu ta’ €66,800 fi flus foloz.

Fi stqarrija d-Dwana spjegat kif il-karti foloz jidhru qishom ta’ vera u l-każ għadda għand il-pulizija għall-iżjed investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend