Notifiki

Navalny se jkompli bl-istrajk tal-ġuħ minkejja li saħħtu sejra lura

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny se jibqa’ għaddej bl-istrajk tal-ġuħ fil-ħabs minkejja d-deni u s-sola li għandu. Kelliema għal Navalny ikkonfermaw dan fuq il-midja soċjali tiegħu stess, ġimgħa wara li Navalny beda l-istrajk.

Hu qed jagħmel dan biex jilmenta mill-fatt li l-uffiċjali tal-ħabs ma jridux jagħtuh aċċess għal kura medika xierqa. Navalny kien qal li l-ħabs fejn qieħed m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex iżomm il-priġunieri siguri, u l-gvern Russu kien qal li Navalny mhux se jingħata xi trattament speċjali sakemm idum il-ħabs.

Hu s’issa rriżulta fin-negattiv għall-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend