Notifiki

“Kruċjali li n-nies ikomplu jitlaqqmu bil-vaċċin” – Prof. Serracino Inglott wara l-analiżi tal-EMA

“Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca tkompli tikkonferma kemm huwa importanti li n-nies ikomplu jitlaqqmu kontra l-Covid-19.”

Hekk stqarr iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott f’kummenti li ta lil ONE News ftit tal-ħin wara li l-EMA ddeċidiet li l-benefiċċji tal-vaċċin tal-AstraZeneca huma ħafna akbar mir-riskji.

Il-Professur Serracino Inglott spjega kif l-Awtorità Maltija tal-Mediċini wkoll kienet involuta fl-eżerċizzju li għamel il-kumitat fi ħdan l-EMA.

Huwa kompla jgħid kif bħal kull mediċina oħra huwa importanti li wara li wieħed jieħu l-vaċċin ikun viġilanti għal xi sintomi mhux tas-soltu li jista’ jħoss sabiex f’dan il-każ ikun jista’ jirrapporta u jirċievi l-għajnuna jekk tkun neċessarja.

Huwa temm jappella sabiex il-Maltin ikomplu jitlaqqmu kontra il-Covid-19 hekk kif l-periklu li jġib miegħu dan il-virus huwa bil-bosta ikbar mir-riskji li l-vaċċin tal-AstraZeneca jista’ jġorr.

Aqra wkoll:

Il-benefiċċji tal-vaċċin tal-AstraZeneca huma ħafna akbar mir-riskji – l-EMA

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend