Notifiki

Jindarab gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser ġo razzett f’Raħal il-Ġdid

Raġel ta’ 53 sena minn Raħal il-Ġdid indarab gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu f’razzett li jinsab fi Triq Giuseppe Garibaldi f’Raħal il-Ġdid.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend