Notifiki

“Il-PN jiddubita mill-pariri xjentifiċi dwar rilaxx kawt tal-miżuri” – il-PL 

B’rabta mal-miżuri mħabbra, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar il-bidla fil-miżuri mħabbra dalgħodu hi konsistenti fl-inkonsistenza.

Tenna li din hija karatteristika tat-tmexxija ta’ Bernard Grech.

Il-Partit Laburista fisser li dan  huwa għaliex fi stqarrija waħda l-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jimxi mal-miżuri mnebbħa mix-xjenza u l-awtoritajiet tas-saħħa, iżda fl-istess stqarrija mbagħad iddubita dawn l-istess pariri.

Il-Partit Laburista sostna li l-poplu Malti u Għawdxi jaf li l-uniku parir konkret tal-Partit Nazzjonalista kien li jdaħħalna f’lockdown meta feġġew l-ewwel każi u li kien għalih bqajna hemm għal xhur sħaħ.

Għall-kuntrarju, dan hu Gvern li ħa deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza bil-għan li tibqa’ tiġi mħarsa s-saħħa taċ-ċittadini u l-kwalità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Partit Laburista saħaq li mbagħad l-Oppożizzjoni qed tibqa’ tispikka għall-opportuniżmu politiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend