Notifiki

Il-każ ta’ ħaddiem jaħdem fil-periklu investigat mill-OHSA

L-Awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA, qalet li kellmet lill-persuni involuti wara li fil-midja soċjali beda jdur ritratt ta’ ħaddiem qed iżomm iċ-ċinga tas-sigurtà (safety harness) li kien liebes ħaddiem ieħor hu u jaħdem fit-tarf ta’ gallerija bla lqugħ.

L-OHSA saħqet li se tkompli tieħu l-azzjonijiet neċessarji marbuta ma’ dan il-każ.

Fi stqarrija saħqet li s-saħħa u s-sigurtà għandhom dejjem jieħdu prijorità assoluta.

L-OHSA tenniet fuq l-importanza li tiġi mgħarrfa meta xi ħadd jinnota lil xi ħaddiem ikun jinsab fil-periklu.

Din l-Awtorità qalet li matul is-sena li għaddiet wettqet mal-5,000 spezzjoni, ħarġet 2,000 ordni biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa, waqqfet 500 attività ta’ xogħol, u ħarġet iktar minn 300 multa.

Jekk wieħed jinnota xi sitwazzjoni simili wieħed jista’ jikkuntattja lill-OHSA jew iċempel fuq 99496786 (wara l-ħin tax-xogħol).

Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq ohsa@gov.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend