Notifiki

Il-benefiċċji tal-vaċċin tal-AstraZeneca huma ħafna akbar mir-riskji – l-EMA

Il-benefiċċji tal-vaċċin tal-Astra Zeneca jibqgħu kbar fil-ġlieda kontra l-Covid-19 u l-vaċċinazzjoni tibqa’ essenzjali fil-ġlieda kontra l-pandemija. Hekk stqarret id-Direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Emer Cooke, f’konferenza għall-aħbarijiet dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca.

Cooke stqarret: “Our safety committee, pharmacovigilance and risk assessment committee of the European Medical Agency has confirmed that the benefits of Astrazeneca vaccine in preventing Covid-19 overall outweigh the risk of side effects.”

Hija qalet kif il-każijiet rari rrappurtati ta’ trombożi jistgħu ikunu meqjusa bħala potenzjalment effetti tal-vaċċin tal-AstraZeneca madankollu l-benefiċċji ta’ dan il-vaċċin jibqgħu ħafna ikbar mir-riskji.

Cooke sostniet: “The PRAC, after a very indepth analysis has concluded that the reported cases of unusual blood clotting following vaccination of the Astrazeneca vaccine should be listed as possible side effects of the vaccine.”

Qalet li l-potenzjal rari ta’ żvilupp ta’ trombożi bħala effett tal-vaċċin jista’ jvarja skond l-età u passat mediku fost l-oħrajn.

Ir-regolatur Ewropew tal-mediċini spjega kif spjegazzjoni plawsibbli għall-każijiet rari ta’ trombożi jistgħu ikunu riżultat ta’ rispons immunitarju li jwassal għall-kundizzjoni li hija simili ta’ dik magħrufa bħala heparin induced thrombocytopenia.

Intant f’kummenti fil-programm Pjazza, it-Tlieta, is-Segretarju Parlamentari politikament responsabbli mill-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta, Deo Debattista, spjega li sa issa f’Malta ma ġiex irreġistrat każ ta’ trombożi wara t-tilqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca.

Ara wkoll:

“Kruċjali li n-nies ikomplu jitlaqqmu bil-vaċċin” – Prof. Serracino Inglott wara l-analiżi tal-EMA

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Bl-istess argument ghaliex waqqaftu l-acriflavin (dak li konna insibuh bhala l-isfar ghal xi gerha li tant kien jaghmel gid u qatt ma qatel nies?

Leave a Reply to Joseph Brincat Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend