Notifiki

BIL-FILMAT: L-1 ta’ Ġunju l-mira għar-ritorn tat-turiżmu u t-tiġijiet

L-1 ta’ Ġunju hija l-mira tal-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jerġgħu jibdew isiru t-tiġijiet u meta pajjiżna ser jerġa’ jiftaħ għat-turiżmu b’mod proattiv.

Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie spjegat il-pjan ta’ kif ser ikunu qed jitnaqqsu l-miżuri kontra l-Covid-19 fid-dawl tat-tnaqqis fil-każijiet u l-andament pożittiv fit-tilqim f’pajjiżna.

Huwa spjega kif huwa kruċjali għas-sidien tar-ristoranti, bars u stabbilimenti oħra li jkun salvat sajf ta’ turiżmu.

Spjega kif għal dan il-għan il-pajjiż diġa għandu €20 miljun lesti sabiex ikunu investiti bil-għan li jibdew ikunu mħajra t-turisti jiġu lejn pajjiżna.

Stqarr kif madankollu pajjiżna qed iħares lejn sistema li f’pajjiżna jitħallew jidħlu biss turisti li huma mlaqqma diġà għal kontra l-Covid-19 jew li inkella jippreżentaw test negattiv għal kontra l-virus.

Stqarr kif fin-nuqqas ta’ dan, pajjiżna ser ikompli jittestja hu lil dawn it-turisti hekk kif jaslu f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal ukoll kif bl-istess mod hemm ix-xewqa li t-tiġijiet ikunu jistgħu jibdew isiru wkoll mill-ġdid mill-1 ta’ Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend