Notifiki

Anzjan jindarab gravi waqt li kien qed jaħdem bi grinder fi stalla f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 78 sena miż-Żejtun indarab gravi waqt li kien qed jaħdem bi grinder ġo stalla li tinsab fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-anzjan l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend