Notifiki

AIDAN iniedi l-vidjow tal-kanzunetta Naħseb Fik

II-kantant AIDAN nieda l-vidjow mużikali uffiċjali tal-kanzunetta ’Naħseb Fik’, fuq kliem u mużika tiegħu stess, wara li ftit tal-ġimgħat ilu ħa sehem b’din il-kanzunetta fil-festival Mużika Mużika.

Bi stil modern u ritmu sajfi, din il-kanzunetta telgħet fil-quċċata ta’ bosta klassifiċi f’Malta, fosthom Apple Music, iTunes, Spotify u anke qed tiddomina fuq ir-radjijiet lokali.

Permezz ta’ din il-kanzunetta AIDAN irnexxielu jgħaqqad stil modern u kurrenti mal-lirika Maltija, b’ħoss ta’ produzzjoni internazzjonali.

Il-vidjow mużikali huwa miġbud f’Marsaskala u x-xeni ta’ taħt l-ilma ġew miġbuda fil-Malta Film Studios.

Victor Abela ħa ħsieb il-ġbid tal-vidjow mużikali fuq direzzjoni ta’ Gary Bugeja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend